Jean Pierre Farrugia ‘jirtira’ mill-politika

    Jean Pierre Farrugia ħabbar li se jkun qiegħed jirtira mill-politika u f’messaġġ fejn ħabbar dan ħass li għandu jagħmel referenza għall-imejl iebsa li kien bagħat lill-Prim Ministru fis-snin li għaddew. Din l-imejl kienet ‘leaked’ u Farrugia jgħid li llum l-imejl tagħmillu l-ikbar unur għax kieku xi ħadd sema’ minnu l-Partit Nazzjonalista kien jitlef b’dinjità.

    “Filwaqt li se nibqa’ msieħeb fil-PN għal għomri, jien mhux se nkompli nipparteċipa b’mod attiv fil-politika,” qal Farrugia li żied li l-mod kif qed jaħdem il-PN tfew fih kull ħeġġa li seta’ kien għad kellu.

    “Għalija l-akbar umiljazzjoni kienet meta f’nhar San Pawl tal-2010 email kuraġġuża u sinċiera lill-Kap li kienet tqaxxar is-sitwazzjoni, b’kopja lill-Grupp Parlamentari, spiċċat b’Judas li ghaddieha lill-ġurnali ħadd ma jieħu passi kontra tieghu. Dan kollu u ħafna aktar spjegajtu lill-1,400 dar nazzjonalista li dħalt fiha fl-aħħar 14-il xahar,” qal Farrugia li żied kif il-kontenut tal-imejl jagħmlu kburi. F’dik l-imejl Farrugia kien talab lil Gonzi jibda jiġbor il-biċċiet u jsaħħah it-tim ta’ madwaru.

    “Illum il-kontenut ta’ dik l-imejl jagħmilli l-akbar unur u qed nirriproduċih jien stess pubblikament. Li kieku nstemgħet il-vuċi tiegħi, konna ta’ lanqas immorru fl-Oppożizzjoni b’dinjità!” qal Farrugia.