PBO se jirriżenja

    Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier qal li mhux se jerġa’ jikkontesta l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Waqt TVAM Borg Olivier qal li hu kien parti mill-amministrazzjoni u għalhekk se jerfa’ r-responsabbiltà tat-telfa wkoll. Ilbieraħ kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi li qal li mhux se jerġa' jikkontesta l-kariga.