L-AD tirringrazzja l-5,500 votanti

    L-Alternattiva Demokratika fi stqarrija esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li minn 1.3 fil-mija fl-2008, illum kisbu 1.8 fil-mija tal-voti.

    Iċ-chairperson tal-AD, Michael Briguglio qal li din hi rebħa storika għall-AD. “Għalkemm dan ir-riżultat mhux se jwasal għal rappreżentanza parlamentari, dan ir-riżultat xorta jawgura tajjeb għar-rwol tat-tielet partit f'Malta,” qal Briguglio filwaqt li rringrazzja l-5,500 persuna li vvutaw AD.