Gonzi se jwarrab

    F'konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal li r-riżultati jitkellmu waħidhom u li jidher ċar li l-poplu jrid li l-Partit Nazzjonalista jservi mill-Oppożizzjoni. Intant Gonzi qal li se jassumi r-responsabbiltà ta' din it-telfa u li se jwarrab minn kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.