F'Kemmuna jitneħħew 39 tunellata skart

    Fl-aħħar azzjoni tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi, flimkien mal-PARKS u l-Wasteserv, f'Kemmuna ġew imneħħija disa' tunellati ta' skart ġenerali, 30 tunellata skart tal-metall, żewġ vetturi u 33 tunellata ta' agave u speċi aljena oħra. Kien il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Jose Herrera li ta din l-informazzjoni għal mistoqsija tad-deputat Laburista Byron Camilleri.