"Baġit li se jkompli jsaħħaħ il-qagħda finanzjara tal-pensjonanti"

    “Malta: Inlestu għall-Futur”, din kienet it-tema li ddiskuta l-Ministru Michael Falzon waqt laqgħa li kellu mal-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers’ Union. Laqgħa li fiha l-pensjonanti kellhom iċ-ċans jitkellmu dwar dawk il-miżuri tal-budget li laqtuhom l-aktar fil-ħajja ta’ kuljum. 

    Il-Ministru Michael Falzon qal li kull pensjonant se jkun qed jingħata z?ieda fil-pensjoni kontributorja u anke mhux kontributorja ta’ €2 fil-g?imgħa. Fakkar kif għal sentejn konsekuttivi, fl-2016 u fl-2017, iddaħħlu diversi miz?uri għal firxa wiesgħa ta’ pensjonanti li wasslu biex il-pensjonijiet reg?għu bdew jiz?diedu b’mod sostanzjali wara 25 sena.

    Tkellem ukoll dwar ir-riforma kbira favur il-ħelsien mit-taxxa fuq il-pensjonijiet, riforma li gawdew minnha mhux inqas minn 22,000 pensjonant. Iktar minn hekk, hemm 9,000 pensjonant li ma baqgħux iħallsu taxxa.

    Dawk li kienu preżenti għal-laqgħa esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal żieda ta’ €200 oħra fl-ammont ta’ Pensjoni tas-Servizz li jitnaqqas mill-Pensjoni tas-Sigurtà Soc?jali. Din il- miz?ura, li se jgawdu minnha aktar minn 4,500 pensjonant tas-servizz, se tiswa miljun ewro.

    Dan filwaqt li l-għotja ta’ €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu fid-djarhom se tkompli tingħata matul is-sena d-dieħla.

    Il-Ministru Michael Falzon insista li l-Gvern se jkompli jindirizza l-inġustizzji tal-imgħoddi li jirrigwardjaw eks-ħaddiema tal-korpi tas-snin sebgħin, eks-ħaddiema tax-xatt, eks-ħaddiema tal-Malta Electricity Board u l-pulizija, li wħud minnhom diġà bdew jirc?ievu c?-c?ekkijiet li kienu mwegħda. Din is-sena se jkunu qegħdin jitħallsu ’l fuq minn €11-il miljun lil aktar minn 6,000 benefic?ċjarju jew lill-eredi tagħhom.

    “Se nkomplu naħdmu qattiegħ u nħossu l-polz tal-pensjonanti li tant ikkontribwew lura fiż-żmien, u issa huwa ż-żmien li tkompli tinbena klima ekonomika li tkun kapaċi tassisti u tagħti appoġġ lill-anzjani tagħna”, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.