"Insulti lill-Għalliema Kollha, theddida t’azzjoni industrijali"

    MUT: Insulti Lill-Għalliema Kollha, Theddida t’Azzjoni Industrijali

    “Qegħdin nħossuna nsultati kif iddiġenerat is-sitwazzjoni, u kif il-professjoni tal-għalliema qiegħda tiġi trattata.” Din stqarritu l-Unjoni tal-Għalliema (MUT), wara li riċentament l-Ministru tal-Edukazzjoni saqsiet għal numru ta’ studenti sabiex jagħmlu xogħol t’għalliema fuq bażi part-time.

    “Il-messaġġ li qiegħed jingħata li dawk kollha li jaħdmu bħala edukaturi huwa wieħed offensiv u diżrispettanti, kemm lill-professjoni kif ukoll lill-għalliema li ħadmu u stinkaw sabiex iġibu l-kwalifiki neċessarji. Wara snin ta’ sagrifiċċju u ta’ studju sabiex iġibu l-kwalifiċi u jiggradwaw, dawn il-membri qed iħossuhom urtati b’dawn l-inizjattivi li qiegħdin inaqqsu l-valur tal-professjoni tal-għalliem għal xi ħaġa li kulħadd jista jqum filgħodu u jiddeċiedi li jagħmel.”

    L-MUT tkellmet ukoll il-Konferenza Stampa li organizza l-Ministeru ftit siegħat qabel: “Iktar kmieni smajna lil-Ministeru tal-Edukazzjoni jikkonferma li din is-sejħa pubblika ħarġet mill-Ministeru, waqt li qal li preżentament hemm 4 postijiet full-time u 4 part-time neqsin.” Skond l-istess MUT, din “hija verżjoni żbilanċjata tal-fatti, u daqqa ta’ ħarta oħra għall-edukaturi.”

    Sitwazzjoni Gravi... Rata t’Għalliema Ġodda Tonqos Kull Sena

    “Ċertu edukaturi qed jaffaċjaw ħafna ostakli u nuqqasijiet f’xogħolhom, fost l-oħrajn numru t’għalliema li l-ewwel ġew promossi jew trasferuti, imbagħad ġew mibgħuta lura lejn il-klassi; oħrajn li kienu sfurzati jgħallmu suġġetti differenti f’iktar minn skola waħda, waqt li bosta għalliema kellhom id-daqs tal-klassi mkabbra sal-ammont massimu.” 

    L-MUT tennet li din is-sitwazzjoni bħala waħda nkwetanti, u filwaqt li semmiet li n-numru ta’ gradwati f’dan il-qasam “qiegħed jonqos kull sena”, ddikjarat li l-Ministeru “mhux qiegħed jaċċetta l-gravita tas-sitwazzjoni... Minflok jiġġustifika dawn il-miżuri t’emerġenza li qegħdin jittieħdu, il-Ministeru irid jinforma lil dawk konċernati fuq x’qiegħed isir sabiex din il-problema tissolva.”

    Fl-aħħar, l-MUT heddiet ukoll li se tordna azzjoni industrijali jekk il-Ministeru mhuwiex ħa jsolvi l-problema tan-nuqqas t’edukaturi “mingħajr ma tinsulenta il-professjoni tal-għalliema.”