Jiġbed l-attenzjoni dwar arblu perikoluż

    Qarrej tagħna li bagħat jiktbilna dwar dan l-arblu tat-telfon jinsab fil-bidu tat-telgħa ta’ San Lawrenz limiti tas-Siġġiewi qiegħed jappella l-attenzjoni tal-awtoritajiet ikkonċernati minħabba l-periklu evidenti li qiegħed joffri l-istess arblu.

    “Naf li l-kunsill irraporta lill-kumpanija kkonċernata kif ukoll jien bagħatilhom dan ir-ritratt aktar min gimgħa ilu, iżda kollox għadu l-istess... bil-periklu b'kollox”. Kiteb jgħidilna dan il-qarrej li fi kliem ieħor qiegħed jitlob l-assistenza ta’ dawn ikkonċernati dwar dan l-arblu li jidher li mhux biss jinsab ixaqleb lejn it-triq, iżda saħansittra huwa ta’ periklu għal dawk li jgħaddu mill-akwati b’mod speċjali hekk kif aktar ma jmur aktar qegħdin nersqu viċin jiem ta’ maltempati li jikkawżaw irjieħ qawwija.