L-attakkant Sergio Aguero jirritorna għat-taħrig

    L-attakkant ta' Manchester City, Sergio Aguero, irritorna għal-logħob wara 11-il ġurnata meta weġġa' l-kustilji wara li ħabat bil-karozza f'Amsterdam. Aguero weġġa' wara li t-taxi li kien rikeb fuqha wara li attenda kunċert tal-kantanta Kolumbjana Maluma, ħabtet ma' arblu tad-dawl.

     

    Aguero, 29 sena, kien mistenni li jibqa' barra mil-logħob għal diversi ġimgħat iżda rritorna għat-taħriġ nhar it-Tlieta.

     

    Kelliemi għas-City, il-player internazzjonali Arġentin ser ikun tajjeb għal-logħob fil-jiem li ġejjin u b'hekk jista' jissejjaħ mill-ewwel team.

     

    Aguero jonqsu goal wieħed biss biex jilħaq ir-rekord ta' Eric Brook li skorja 177 goal ma' Manchester City.