Sadio Mane mistenni jdum sitt ġimgħat barra mil-logħob

    L-attakkant ta' Liverpool, Sadio Mane, jista' jdum barra mil-logħob għal sitt ġimgħat wara li weġġa' l-muskolu tal-hamstring waqt il-partita internazzjonali mas-Senegal.

     

    Mane, 25 sena, kien sostitwit fid-89 minuta fir-rebħa ta' 2-0 kontra Cape Verde fil-partita ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.

     

    Mane mistenni jitlef il-partiti tal-Premier League kontra Manchester United u Tottenham u l-konfront taċ-Champions League kontra Maribor. Mane skorja tliet goals f'ħames logħbiet dan l-istaġun.