Arjen Robben jirtira mit-team Olandiż

    Il-captain tal-Olanda, Arjen Robben irtira mill-football internazzjonali wara li pajjiżu naqas li jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.

    Robben skorja doppjetta fir-rebħa ta' 2-0 kontra Svezja iżda dan ma kienx biżżejjed biex l-Olanda jikkwalifikaw għall-play-offs.

    L-attakkant ta' Bayern Munich qal: "Ma kinitx deċiżjoni faċli, iżda issa li għandi 33 sena nista' niffoka fuq il-club tiegħi. Robben iddebutta mat-team nazzjonali, f'April 2003, u skorja 37 goal f'96 partita.  Robben kien parti mill-iskwadra li spiċċat fit-tielet post fit-Tazza tad-Dinja 2014 u finalisti telliefa kontra Spanja fl-2010.