FIFA tinvestiga daqqa ta' ras fil-partita bejn l-Irlanda u Wales

    II-FIFA qed tinvestiga każ fejn allegatament player tar-Repubblika tal-Irlanda, Robbie Brady, ta daqqa ta' ras lil player ta' Wales, Ashley Williams, fil-partita ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

    Dan l-inċident seħħ fl-61 minuta meta l-Irlanda kienu qed jirbħu 1-0 f'Cardiff u b'hekk ikkwalifikaw għal play-offs tat-Tazza tad-Dinja. Jekk jinstab ħati, Brady jkun dubjuż għal play-offs li ser jintlagħbu bejn id-9 u l-11 u t-12 u l-14 ta' Novembru.

    Dan l-inċident ma ntlemaħx mir-referee Damir Skomina. Brady kien għadu kif irritorna minn logħba sospensjoni.

    Kelliem għall-FIFA ma tax aktar dettalji minħabba li għadhom qed jiġbru aktar evidenza dwar dan il-każ.