Qalilhom jidfnuh ħaj biex jikseb aktar poteri kontra spirti ħżiena… spiċċa miet hu!

    Ħames membri tal-istess familja kienu mixlijin bil-qtil ta’ dak li kien qed jgħid li hu profeta. Dan kien qed imur fi djar ta’ persuni fil-villaġġ ta’ Mazonde fiż-Żimbabwe.  Hu kien qed imur għandhom biex jgħinhom jitnaddfu u jeħilsu minn spirti ħżiena li skont hu ħakmuhom.

    Il-familja kienet akkużata li qatlet lil dak li kien isejjaħ lilu nnifsu profeta, li kien iġib lisem ta’ Shamiso Kanyama.

    Jidher li dan Kanyama, talab lil dawk li kienu qed isegwuh biex jidfnuh ħaj u dan biex ikun jista’ jikseb aktar poteri li permezz tagħhom ikun jista’ jnaddaf il-familji minn spirti ħżiena. Hu kien qed jagħmel dan, biex jitratta familji  b’imwiet misterjużi.  Il-pjan tal-profeta ma marx kif xtaq, għax minkejja li ġie midfun ħaj kif talab, meta reġa’ nfetaħ l-qabar sabu li kien miet.