L-irjieħ xejn ma jgħinu lill-pumpiera f'Kalifornja... ibassru jiem twal ta' ħidma biex jitfu n-nirien

    Irjieħ ġodda qed ikomplu jagħmlu x-xogħol tal-pumpiera aktar diffiċli hekk kif in-nirien f’Kalifornja, li ħallew mill-inqas 23 persuna mejta f’Kalifornja komplew jitkebbsu.

    Eluf ta’ persuni spiċċaw bla saqaf fuq rashom wara li n-nirien infirxu fuq medda ta’ 22 post differenti. Madwar 300 persuna jinsabu neqsin, iżda l-pulizija qalu li dan l-ammont jista’ jvarja minħabba l-evakwazzjonijiet għaddejjin. Irħula sħaħ kellhom ikunu abbandunati u skont wieħed mill-kapijiet tal-pumpiera jidher li huma mistennija jibqgħu impenjati għal jiem sħaħ.

    Żied jgħid li l-għadd ta’ persuni mejta mistenni jiżdied fil-jiem li ġejjin u n-nixfa fl-aħħar snin xejn ma għenet f’din il-katastrofi. Aktar minn 200 vettura tat-tifi tan-nar u membri oħrajn jinsabu fi triqithom biex jassistu lit-73 ħelikopter u lit-8,000 pumpier li diġà jinsabu jissieltu kontra n-nirien.