IL-POPLU GĦAŻEL IL-BIDLA

    Fl-elezzjoni tal-bieraħ il-poplu għażel il-bidla hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet juru li Joseph Muscat se jkun il-Prim Ministru ta’ Malta. L-ewwel ċifri mhux uffiċjali, li qegħdin joħorġu mingħand iż-żewġ partiti, jindikaw li l-Partit Laburista għamel rebħa konvinċenti u kiseb maġġoranza assoluta.

    L-indikazzjonijiet ta’ dan ir-riżultat bdew hekk kif ilbieraħ rajna l-ammont ta’ nies jivvotaw ikun qawwi fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Indikazzjoni ċara li l-partitarji tal-Partit Laburisti wieġbu għall-appell tal-mexxej tagħhom. Eventwalment, filgħaxija, it-turnouts ippubblikati mill-kummissjoni elettorali bdew jindikaw b’mod ċar li kien hemm żieda ta’ voti f’distretti tradizzjonalment laburisti u tnaqqis f’dawk li iktar ixaqilbu lejn il-partit nazzjonalista, bħal l-għaxar distrett elettorali. Iżda, kif jgħidu, fil-kaxxi ħadd ma jkunx jaf x’hemm u kien biss fl-aħħar minuti li bdejna nieħdu indikazzjoni ta’ dan. Fil-kaxxi hemm bidla bl-isem Joseph Muscat u bl-ispirtu ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll'.