Organizzat l-ewwel seminar COREMALTA mid-Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA

    Il-Ħamis, il-21 ta’ Settembru, il-COREMALTA Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA organizza l-ewwel seminar tal-istaġun 2017-18 għall-uffiċjali membri tal-Programm COREMALTA.

    Dawn l-uffiċjali huma magħżula fuq il-mertu tagħhom bil-għan li jirfinaw l-abbiltajiet tagħhom biex ikunu jistgħu jirnexxu fl-ogħla livell.

    Is-seminar fiċ-Ċentru tar-Refereeing infetaħ mid-Direttur tar-Refereeing, Kevin Azzopardi.

    Kelliema mistiedna kienu l-psikologa tal-isports Samantha Tabone, li ddiskutiet it-temi dwar teħid ta’ deċiżjonijiet, tmexxija u personalità filwaqt li r-referee tal-FIFA Alan Mario Sant indirizza l-preparazzjoni għal-logħba.

    Roberto Buontempo, membru tal-COREMALTA Unit u ex-referee fl-ogħla livell, indirizza lecture fuq Management u Body Language.

    Is-seminar ġie magħluq mill-Kap tal-COREMALTA Unit u membru tar-Referees’ Committee, Stephen Mallia, bil-preżentazzjoni Match Analyses permezz ta’ video clips minn diversi logħbiet.