David de Gea fil-mira ta' Paris St Germain

    Paris St Germain jinsabu mħajrin li jiksbu l-firma tal-goalkeeper ta’ Manchester United, David de Gea.

    Il-Pariġini xeħtu l-interess tagħhom fuq l-Ispanjol minħabba li l-objettiv l-ieħor Jan Oblak ta’ Atletico Madrid għandu klawsola ferm għolja fil-kuntratt tiegħu biex jiġi rilaxxat.

    De Gea qed jevalwa din il-possibbiltá għalkemm il-coach ta’ Manchester United, José Mourinho, ser jipprova jipperswadi lill-player sabiex jibqa’ magħhom.

    De Gea ilu sitt snin mar-Red Devils hekk kif lagħab 158 darba mat-team minn Old Trafford.