Il-pulizija ma tikkummentax dwar “xiri ta' voti”

    Fl-aħħar sigħat issoktaw l-għidut dwar xiri ta' voti u rregolaritajiet oħra marbuta mal-proċess elettorali. Mitluba tikkonferma jew tiċħad dawn l-għidut u jekk kienx hemm persuni li fl-aħħar sigħat kienu interrogati dwar dan il-pulizija qalet li “m'hux prudenti tikkummenta.”

    Iffaċjati b'din it-tweġiba sħaqna mal-pulizija li din mhijiex risposta u tal-inqas kellha tikkonferma jew tiċħad dawn l-għidut, il-pulzija saħqet li ma kelliex iktar xi żżid.

    Intant, fl-aħħar sigħat baqgħu jkunu msejħa b'mod konsistenti persistenti persuni biex ikunu interrogati b'rabta mal-ksur tal-liġi elettorali f'Jum is-Silenzju. Jidher li ħafna minn dawn is-sejħiet kienu instigati minn rapporti li saru mill-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex l-ogħla uffiċjali tat-Taqsima Kontra l-Omiċidji u Kontra l-Frodi spiċċaw jiddedikaw il-ħin tagħhom jinterrogaw persuni b'rabta ma' xi kummenti li għamlu fuq facebook.