Sas-sagħtejn ivvotaw 49%

    Sas-sagħtejn kienu vvotaw 49% ta’ dawk eleġibbli li jivvotaw. Żieda ta’ 4% meta mqabbel maċ-ċifra ta’ ħames snin ilu. Fil-fatt, dakinhar kienu vvotaw 45% fl-ewwel seba’ sigħat ta’ votazzjoni. L-iktar distrett li fih ivvotaw nies huwa r-raba’ distrett b’55% u l-inqas huwa t-tielet distrett b’44%.

    Intant, 41% ivvotaw fil-lokalitajiet fejn hemm elezzjonijiet ta' kunsilli lokali. Hawn taħt it-tabella lokalità b'lokalità.