"It-tifla sabiħa tagħna kienet vittma ta’ ibbuljar"... Omm tixxokkja b’ritratt ta’ bintha l-isptar

    Omm tixxokkja b’ritratt ta’ bintha l-isptar wara li ppjanat is-suwiċidju kawża ta’ ibbuljar

    Omm Awstraljana imweggħa u xxukkjata b’dak li għaddiet minnu bintha ta’ 12-il sena, iddeċidiet li taqsam mad-dinja ritratt ta’ bintha l-isptar. It-tifla kienet ippjanat is-suwiċidju tagħha stess minħabba ibbuljar fl-iskola. L-omma ma naqsitx li tagħmel il-messaġġ tagħha.

    L-omm kitbet li “libbuljar għandu jieqaf. Irid jieqaf issa".  Hi kitbet li “ħafna minnkom ma jafux imma it-tifla sabiħa tagħna kienet vittma ta’ ibbuljar tal-biża' fl-iskola.  Kienu seba’ xhur tal-biża għat-tifla tagħna.   F’dan iż-żmien fejn għandna il-medja soċjali,it-tfal għax dawn huma tfal, iħossu li hu aċċettabbli li jibagħtu messaġġi mimlijin mibegħda mingħajr ma jagħtux każ tal-konsegwenzi li dawn jistgħu iġibu.   Jien kelli telefonati minn dawn it-tfal. Jgħajruni għax iddefendejt lil binti.  Jien avviċinajt lil ġenituri tagħhom u anke lit-tfal stess li għamlu l-ibbuljar.  Imma jien ġejt akkużata li qed nheddidhom”.

    L-omm tgħid li t-tifla tagħha intbagħtet kemm il-darba lejn id-dar mill-iskola minħabba li hi kienet qed tagħmel feriti fuqha nfisha minħabba l-ibbuljar li kienet qed issofri.  Fl-iskola ma kienux qed iħalluha tieħu temprina. Hi qalet li l-awtoritajiet edukattivi qalulha biex tedukha lil bintha kif għandha tieqaf lil dawk li jibbuljawha. 

    “It-tifla tagħna ħadulha vidjo waqt li kienet bilqiegħda fil-klassi. Saqajha kienu ftit miftuħin u bdew imexxu l-messaġġ fuq ir-riħa li kienet ħierġa. Din anke tefgħuha fuq il-medja soċjali. Għamilt siegħa u nofs mal-Pulizija u dawn bdew jippruvaw jiddeterminaw jekk din kinitx pornografija. Ngħid li iva il-Pulizija għandhom jieħu passi kontra tfal ta’ 12-il sena”.  L-omm tgħid li t-tifla qed tirkupra bil-mod u llum hi ħafna aħjar.