Il-partiti politiċi jappellaw għall-bon ordni

    Hekk kif fi ftit sigħat oħra tibda l-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali l-partiti politiċi fi stqarrija konġunta appellaw lill-pubbliku biex tul dawn l-aħħar jiem tal-elezzjoni generali, kulħadd iżomm il-bon-ordni u jimxi mal-ordnijiet mogħtija mill-pulizija ikun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjoni.

    Il-partiti qablu wkoll li fl-għeluq tal-polling boots għandhom jitneħħew kwalunkwe billboards bi propoganda politika.