Id-Dwana tipparteċipa fil-World Clean-up Day

    Bħala parti minn programm ta’ attivitajiet li jwasslu għal-Jum id-Dwana,  li d-Dipartiment tad-Dwana se jiċċelebra nhar it-22 ta’ Settembru, l-impjegati tad-Dipartiment qegħdin jieħdu numru ta’ inizzjattivi li jagħtu xhieda tar-responsabbilta’ soċjali li jippromwovi d-Dipartiment.

    Fost dawn l-inizzjattivi hemm il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 40 impjegat, nhar is-Sibt li ġej, fl-impenn nazzjonali ta’ tindif fil-World Cean-up Day. L-impjegati tad-Dwana ser jinqasmu f’żewġ gruppi biex jitnaddfu l-area tat-terminal l-antik tal-ajruport, f’Ħal-Luqa, u l-area ta’ Mifsud Verandah u Newport Bonded Stores, fil-Marsa.

    Id-Dipartiment tad-Dwana jħeġġeġ lir-residenti ta’ Ħal-luqa u tal-Marsa biex nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru jingħaqdu mal-impjegati tad-Dwana fit-8am, dan biex jekk it-tindif fil-postijiet imsemmija jitlesta f’ħin qasir, it-tindif jibqa’ jiġi estiż għal toroq oħra li jmissu mal-akwati msemmija.

    Ma inizzjattivi oħra li se jkun qiegħed jieħu d-Dipartiment, marbuta ma Jum id-Dwana, hemm jum li se jkun  dedikat għall-għoti tad-demm u ġabra minn fost l-impjegati kollha biex tinagħta donazzjoni lil Millenium Chapel.