Taljani jammettu li serqu ħwejjeġ sportivi

    Erba' żgħażagħ Taljani ammettew li serqu ħwejjeġ minn ħanut sportiv f'Buġibba.

    Antonio Montuori ta' 19-il sena, Simone Barbaro u Leonardo Tedesco ta' 18-il sena kif ukoll ġuvni ta' 17-il sena li ismu ma jistax jixxandar għax taħt l-eta ammettew li wettqu s-serqa fit-12 ta' Settembru għall-ħabta tas-7.00 p.m.

    L-erba' żgħażagħ, li kienu qed jgħixu f'kamra ġo lukanda f'Buġibba stess, irritornaw il-ħwejjeġ misruqa.

    Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illiberat liż-żagħżugħ ta' 17-il sena bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin mentri lit-tlieta l-oħra ikkundannathom 18-il xahar ħabs sospiżi għal 30 xahar.

    Iż-żgħażagħ Sqallin minn Gela tressqu fil-Qorti tal-Maġistrati mill-Ispettur Elton Talian u kellhom jiddefenduhom lill-Avukat Patrick Valentino.