Aktar minn 20,000 persuna evakwati f'Moska wara diversi twissijiet ta' attakki terroristiċi

     

    Aktar minn 20,000 persuna ġew evakwati minn postijiet pubbliċi madwar il-kapitali Russa Moska wara li l-awtoritajiet irċevew theddid ta’ attakk terroristiku. B’kollox qed jiġu evakwati madwar 30 post pubbliku, fosthom universitajiet, ċentri kummerċjali u stazzjonijeit tal-ferrovija.

    L-awtoritajiet Russi saħqu li kellhom jaġixxu hekk kif irċevew diversi twissijiet f’daqqa, bit-twissijiet jgħidu li kien hemm bomba f’madwar 12-il post pubbliku.

    L-awtoritajiet komplew jgħidu li hemm il-possibbiltà li t-theddid li rċevew mhuwiex minnu, madankollu kellhom jaġixxu sakemm jikkunsidraw il-kredibbiltà tal-messaġġi.