Pink October għat-tielet darba

     

     

    Iċ-Ċerpersin ta’ Marigold Foundation, Michelle Muscat nediet l-avveniment  “Pink October” li din is-sena ser ikun it-tielet edizzjoni tiegħu.

    Fit-tnedija ġie spjegat l-inizjattivi u l-attivitajiet li hemm ippjanati tul ix-xahar ta’ Ottubru ddedikat għall-aktar għarfien dwar il-kanċer fis-sider.

    Fost l-attivitajiet ser issir mixja bil-lejl, diversi mixjiet oħra, bike ride u kif ukoll ser tinxtegħel binja pubblika f’ kull lokalita’ madwar Malta u Għawdex.

    Preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll Dr. Paula Vassallo u Dr. John Agius li spjegaw dwar x iwassal għal dan il-kanċer fosthom piż żejjed, ikel ħażin u nuqqas ta’ eżerċiżju fiżiku. Huma appellaw ukoll sabiex aktar nisa jagħmlu t-testijiet neċċesarji.