“Tagħmel 20 minuta tistenna l-pellegrinaġġ tar-roti jgħaddi u jagħtuk multa!”

    “Tagħmel 20 minuta tistenna il-pellegrinaġġ tar-roti u ma tkunx tista’ toħroġ bil-karozza, u jagħtuk multa għax kelli nieqaf fuq il-yellow line!” Dan kien il-kumment diżappuntat ta’ sewwieq akkumpanjat mar-ritratt li fih jidhru numru ta’ roti għaddejjin minn triq prinċipali fil-Ħamrun. Is-sitwazzjoni żvolġiet nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-10.30 a.m.

    Kumment li spiċċa biex qajjem reazzjoni minn bosta li saħqu li din mhix l-ewwel darba li l-awtoritajiet ma jikkunsidrawx iċ-ċirkostanzi qabel ma jimmultaw lis-sewwieqa.