Mino Raiola jikkritika lill-coach nazzjonali Taljan, Giampiero Ventura

    Mino Raiola tenna li l-coach Taljan, Giampiero Ventura, m’għandux sinsla biex jaħtar lil Donnarumma minflok Buffon bħala l-ewwel goalkeeper tan-nazzjonal.

    Hija xi ħaġa kważi ċerta li l-goalkeeper ta' Juventus Buffon ser jirtira wara t-Tazza tad-Dinja 2018, fejn il-goalkeeper ta' AC Milan Donnarumma mistenni jeħodlu postu.

    Ħafna huma dawk tal-fehma li l-goalkeeper għandu jkun l-ewwel għażla … xi ħaga li l-coach Ventura ma jridx jagħmel.

    "Bħala aġent ta' Donnarumma nkun ferm kuntent li kieku jkun l-ewwel għażla fit-team nazzjonali Taljan. Ma naħsibx li Ventura hu ta' karattru li jagħti ċans lil żagħżugħ bħal Donnarumma u jwarrab lil Buffon," qal Raiola.