Alberto Gilardino bi prova ma' team Kanadiż

    Alberto Gilardino jinsab bi prova mat-team Montreal Impact fl-MLS din il-ġimgħa.

    L-attakkant jinsab bla club wara li telaq lil Pescara u ser iqatta’ ġimgħa mat-team Kanadiż.

    Fuq il-website uffiċjali tal-club, Montreal Impact ħabbru li l-attakkant Taljan Alberto Gilardino beda jitħarreġ mal-club minn nhar it-Tlieta.

    L-ex attakkant ta' AC Milan u Fiorentina illum għandu 35 sena u qed jittrenja bi sħiħ biex jikseb kuntratt mat-team Kanadiż.