Mauro Icardi ser jiġi offrut kuntratt ġdid?

    Inter ser joffru lil Mauro Icardi kuntratt ġdid minħabba li l-klawsola tar-release ta' €110 miljuni hija waħda baxxa skond is-suq tat-trasferimenti preżenti.

    L-attakkant Arġentin ġedded il-kuntratt man-Nerazzurri, f'Ottubru tas-sena li għaddiet, bil-klawsola tar-release kienet valida għall-clubs barranin. 

    Minħabba li f'dan is-sajf PSG ħallsu €222 miljuni għal Neymar u għandhom l-obbligazzjoni li jixtru lil Kylian Mbappe għal €180 miljuni, is-somma tar-release ta' €110 miljuni fil-kuntratt ta' Icardi hija waħda baxxa.  In-Nerazzurri qed jittammaw li jżidu din l-klawsola għal €200 miljuni iżda ser ikollhom iżidu s-salarju li preżentament hu ta' €4.5 miljuni kull staġun.