L-FA Ingliża mħassba dwar nuqqas ta' sigurtá fl-IT fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja

    Il-players u l-istaff tat-team nazzjonali Ingliż ġew avżati biex ma jużawx il-Wi-Fi tal-lukanda jew dak pubbliku fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja minħabba l-biżgħa ta' hacking.

    L-FA Ingliża wriet it-tħassib tagħha li informazzjoni sensittiva bħal liema players huma mweġġa', l-għażla tat-team jew għażliet tekniċi jistgħu jiġu żvelati.

    Dan il-parir ingħata mill-FA Ingliża fid-dawl ta' serq ta' informazzjoni li seħħ ix-xahar li għadda meta ġew żvelati aħbarijiet dwar l-użu ta' mediċina pprojbita fil-football.

    Grupp ta' hackers allega li għandu nformazzjoni li madwar 160 player instab pożittiv għad-droga fl-2015, b'din il-figura titla' għal 200 player fis-sena ta' wara 

    L-FA Ingliża kitbet dwar it-tħassib tagħha lill-FIFA dwar in-nuqqas ta' sigurtá fl-Informazzjoni Teknoloġika, fejn saħansitra korrespondenza bejn iż-żewġ entitatjiet ġiet żvelata.