Arkadiusz Milik jinsab lest biex jirritorna 

    Arkadiusz Milik ta' Napoli nsista li jinsab mija fil-mija lest biex jirritorna għal-logħob aktar b'saħħtu minn qabel.

    Milik kien preżenti waqt il-konferenza stampa qabel il-logħba taċ-Champions League kontra Shakthar Donestsk.  Huwa kien l-awtur ta' doppjetta fl-Ukrajna fir-rebħa ta' 2-1 kontra Dinamo Kiev is-sena li għaddiet.

    "Niftakar iż-żewġ goals, għenuni qatigħ. Ma nafx x’ser jiġri fil-logħba kontra Shakthar. Iżda m’inix hawn biex nitkellem dwari. Napoli qedgħin hawn u ser naħdmu bħala team, b'mentalitá li nfittxu l-għan tagħna bħala team.  Nista' nikkonferma li jien ninsab tajjeb għal-logħob.

    “ Iżda hija deċiżjoni tal-coach jekk nilagħbx f'partita importanti ta' livell internazzjonali bħal din.  Ma naħsibx li tlift il-kunfidenza matul din is-sena. Sirt aktar b'saħħti mentalment u m’għandi l-ebda problema fiżika," qal l-attakkant Pollakk waqt il-konferenza stampa.