Manchester City hi l-aktar skwadra li tiswa flus

    Skond il-grupp CIES Football Observatory, Manchester City huwa l-aktar skwadra li tiswa flus fil-football.

    Is-City li neqfu £215m fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf, biex b’hekk il-valur tat-team jiswa madwar £775 miljun.

    It-tieni fil-lista huma PSG bi £3 miljuni anqas, fejn nefqu £200 miljuni għal Brażiljan Neyma dan is-sajf.  Fit-tielet post jikklassifikaw Manchester United li nefqu £712-il miljuni fuq l-iskwadra tagħhom.  

    L-informazzjoni ta' CIES tkopri biss l-aqwa ħames kampjonati fl-Ewropa dawk tal-Ingilterra, Franza, Ġermanja, Italja u Spanja.