Luciano Spalletti jaħseb li Inter jinsabu fit-triq it-tajba

    Luciano Spalletti jaħseb li Inter jinsabu fit-triq it-tajba wara rebħa ta' 2-0 kontra Spal, nhar il-Ħadd.

    Il-coach spiċċa bla vuċi waqt il-logħba għalhekk ma kienx preżenti għal konferenza stmpa wara l-logħba.

    "Tlift il-vuċi u għalhekk ippreferejt li ma nitkellimx wara l-logħba.  Ix-xogħol tiegħi hu aktar faċli meta qed naħdem ma' players ta' kwalitá u kulma għandi bżonn npoġġi l-affarijiet fl-ordni.  Meta trid tibni xi ħaġa mill-ġdid huwa aktar diffiċli.

    “Ninsabu fit-triq it-tajba, u qed naħdmu flimkien biex nitjiebu, għaliex jekk irridu nilħqu l-objettiv tagħna irrid inkunu aktar b'saħħitna," qal Spalletti.