La moqdi hu moqdi kulħadd!

    Il-problema tal-ispazji għal parkeġġi hija waħda akuta f’ċerti lokalitajiet f’pajjiżna, b’mod speċjali matul ix-xhur tas-sjaf meta l-biċċa l-kbira tan-nies “temigra” ma’ lokalitajiet ħdejn il-kosta. Dwar din il-problema tkellimna kemm-il darba. Problema li wasslet lil bosta sewwieqa jieħdu l-liġi f’idejhom u jipparkjaw bl-addoċċ, l-importanti li jkunu ħallew il-vettura tagħhom x’imkien, anke saħansitra f’żoni meqjusin bħala pedonali.

    Madankollu element ieħor li dejjem jispikka fis-sewwieqa Maltin hija n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni għal regoli sempliċi, li jkomplu biex iżidu mal-problema ta’ nuqqas ta’ parkeġġi. Bħal dan il-każ partikolari ta’ mutur ipparkjat f’kaxxa li suppost tintuża minn vettura, minkejja li hemm allokat spazju apposta għall-muturi. Il-qarrej tagħna li bagħtilna r-ritratt indikalna li r-ritratt inġibed f’dawn l-aħħar jiem f’Misraħ is-Summit, Birżebbuġa, ftit passi biss bogħod minn Pretty Bay. Tassew każ li kif jgħid il-Malti “la moqdi hu, moqdi kulħadd!”