Jippruvaw isalvaw liċ-ċkejken... iċċedi l-bokka bihom... Identifikati l-vittmi li waqgħu fil-bokka tal-vulkan

    Dawn huma l-ewwel ritratti li qegħdin jiċċirkolaw fil-midja Taljana hekk kif ftit tas-sigħat ilu tifel ta’ 11-il sena spiċċa waqa’ fil-bokka tal-vulkan fejn aktar tard spiċċaw mietu wkoll ommu u missieru fit-tentattiv tagħhom li jsalvawh.

    Il-vittmi huma Massimiliano Carrer ta’ 45 sena, martu Tiziana Zaramella ta’ 42 sena u Lorenzo ta’ 11-il sena qegħdin ikunu rrapurtati li mietu maħkumin minn temperaturi għoljin ħafna, filwaqt li l-iben l-ieħor irnexxielu jitkaxkar u jsalva filwaqt li dehru resqin membri mid-Dipartiment tal-emerġenza li intervjenew b’mod immedjat.

     

    Tliet membri tal-istess familja tilfu ħajjithom wara li waqgħu f’ħofra kkawżata minn attività vulkanika viċin Napli fl-Italja.

    Jidher li wieħed mill-ulied waqa’ f’din il-ħofra f’Pozzuoli u li l-omm ta’ 42 sena u l-missier ta’ 45 sena marru biex jippruvaw jgħinuh. Minkejja dan huma wkoll sabu rwieħhom f’diffikultà u jidher li tilfu ħajjithom istantanjament. F’dan l-istadju mhuwiex magħruf jekk il-persuni mietux kawża ta’ temperaturi estremi jew kawża tad-dħaħen li belgħu. Fortunatament it-tieni iben irnexxielu jsalva wara li l-membri l-oħrajn qasmu l-ilqugħ li kien jipprojbixxi li wieħed jersaq lejn il-periklu.

    Skont ma kien irrapurrtat jidher li l-familja kienet tgħix f’Turin. Wieħed mix-xhieda fuq il-post qal “Rajt tifel jiġri u jibki, iżda ma kontx naf li kont se naffaċċja traġedja, jien missier ukoll”.