FILMAT: "Araw ftit x'riklam dan għall-ħwienet"... ikomplu l-abbużi f'Buġibba

    Fl-aħħar xhur il-midja lokali ppubblikat diversi ritratti u filmati ta’ affarijiet strambi li dak li jkun sar jara ta’ spiss f’Buġibba. F’dan il-filmat riċenti mibgħut lil inewsmalta jidher dan ir-raġel li waqt li dak li jkun ikun qiegħed jieħu xi xarba sħuna u jew jgħid kelma ma jiddejjaq xejn biex jibda jimla t-triq bl-iskart, anke jekk sigħat qabel il-ħin li sippost jagħmel dan.

    “Araw x’manjieri sar hawn fil-lokalità tagħna… jimla kulma hawn bl-iskart u msieken il-ħwienet tal-madwar”. Hekk saħqet tgħid magħna din il-persuna li għaddietilna dan il-filmat u ritratti bit-tama li dak li sar normali jerġa’ jibda jitqies bħala irregolarità u tittieħed azzjoni kontra dawn l-abbużi.