Said jieħu azzjoni rigward l-għidut

    Wara dak li kien irrapurtat fuq il-midja aktar kmieni dalgħodu Chris Said fi stqarrija li għamel ftit tal-ħin ilu qal li kien għadu kemm kiteb lill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta' Kap tal-PN. 

    Żied jgħid li filwaqt li jirringrazzja lill-istess Kummisjoni tal-ħidma tagħha, huwa qiegħed jitlobha biex tindaga ilmenti minn tesserati għal għomorhom li qed jgħidu lis-sezzjonijiet tal-midja li ġew imċaħħdin milli jivvutaw.

    Qal ukoll li huwa talab lill-Kummissjoni issib x' inhi r-raġuni u min hu responsabbli għal dan u jekk hemm bżonn tfisser pubblikament dak li għaddej.

    Said ikkonkluda jgħid illi tesserat għal għomru għandu dritt sagrostant li jivvota.