Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech… jibbottja ukoll fuq l-elezzjonijiet għal Kap tal-PN

    Kontra kull mistenni id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech tefa’ botta’  fuq l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.  Sa issa Claudio Grech kien baqa’ lura milli jikkummenta izda ftit ħin ilu biss irrefera għal vot li ġab Simon Busuttil fin-nominazzjoni biex iservi fuq panel li tagħmel skrutinju  fuq min għandu jservi fil-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja.  

    Claudio Grech jiddikjara li “vot eċċezzjonali ta’ fiduċja f’Simon Busuttil. Din hi tfakkrina għalina li dak li nemmnu fih għandu jibqa’ l-qalba tal-valuri tal-PN għaż-żmien li ġej”.