"Umiljazzjoni" u "diżrispett"... Is-surmast Brian Schembri jitneħħa mill-Orkestra Nazzjonali

    Is-surmast Brian Schembri għadu kif iddikjara li l-bord tal-Orkestra Nazzjonali, b’mod unanimu  iddeċidiet li titterminali l-kuntratt bħala direttur artistiku u direttur mużikali tal-istess orkestra.

    Hu ddeskriva din id-deċiżjoni bħala ‘assurda’ u li hi f’kontradizzjoni kbira mal-iżvilupp artistiku li gġamlet l-orkestra fl-aħħar snin. 

    Hu qal ukoll li għalissa mhux se jagħti dettalji  għaliex seħħet din id-deċiżjon umiljanti u għaliex hi inġusta, abbużi u fl-opinjoni tiegħu illegali.   

    “Li nista’ ngħid hu li qatt f’ħajti ma kont trattat b’daqstant disrispett minn persuni f’awtorità li suppost kienu qed jappoġġjaw ix-xogħol tiegħi. Fil-mument ma kelli ebda għażla oħra ħlief li nitlob lin-National Orchestra Limited biex tħallasni il-benefiċċji kollha marbutin ma’ terminazzjoni ta’ impjieg skont il-kuntratt li għandi. Din se twassal għal tmiem ta’ mument ta’ uġiegħ fil-karriera professjonali tiegħi.