Saint Martin’s Institute of Higher Education jiċċelebra r-riżultati miksuba fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni

    Ir-riżultati miksuba minn 63 student ta’ Saint Martin’s Institute of Higher Education, liċenzjat millKummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Vokazzjonali u Ogħla u Affiljat tal-Università ta’ Londra ingħataw għarfien fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni miżmuma riċentement.

    Dawn l-istudenti jingħaqdu ma’ aktar minn 700 li ggradwaw minn Saint Martin’s mis-sena 2000. Is-Sur Craig O’Callaghan, Deputat CEO tal-University of London International Programmes, iddeskriva lil Saint Martin’s bħala ġojjel fil-kuruna tal-programmi tagħha, bir-riżultati miksuba jirriflettu livelli stratosferiċi ta’ kisbiet fuq l-istess livell ta’ dawk f’istituzzjonijiet kulleġġi membri tal-Università ta’ Londra. Huwa qal li dan jirrifletti l-impenn sostnut ta’ Saint Martin’s lejn l-eċċellenza għar-rigward ittagħlim, fis-sapport lill-istudenti u l-esperjenza tagħhom, u l-proċessi amministrattivi.

    Is-Sur Charles Theuma, Prinċipal ta’ Saint Martin’s Institute of Higher Education iddeskriva il-kisbiet tal-istudenti bħala l-funtana tal-ħajja eterna tal-Institute li jassigura li tibqa’ toffri dawn lopportunitajiet lil oħrajn fil-ġejjieni.