RITRATTI: Monumenti fil-belt jitlibbsu ġkieket ta’ salvataġġ... protesta dwar l-imwiet fil-Mediterran

    Hekk kif il-kwistjoni tal-immigrazzjoni mill-Afrika lejn l-Ewropa wasslet biex din is-sena sa issa reġgħu mietu mijiet ta’ nies, u b’organizazzjonijiet umanitarji jwaqqfu l-ħidma minħabba dak li qed jiġri fil-Libja, dalgħodu saret protesta fil-Belt. Protesta mhux tas-soltu u dan hekk kif monumenti ewlenin fosthom dak ta’ La Valletta, Ir-Reġina Vittorja u l-Monument tas-Sette Giugno tlibbsnu ġkieket tas-salvataġġ.

    Fuq il-ġkieket ta’ salvataġġ kien hemm in-numru 14,500 li hu l-ammont ta’ nies li għerqu mis-sena 2014 ‘l hawn. Din it-tip ta’ protesta mhxu qed issir f’pajjiżna biss imma qed issir ukoll f’postijiet oħra.

    Ir-ritratti ttellgħu fuq instagram minn May J Seal.