Is-sigriet tal-Iżlanda għal ħajja b’saħħitha issa f’Malta

    Skyr, prodott tal-ħalib uniku għall-Iżlanda, dan l-aħħar tnieda f’Malta. Skyr huwa prodott innovattiv għas-suq lokali b’konsistenza ta’ jogurt iżda b’togħma aktar sottili. Ilu parti mill-kċina tal-Iżlanda għal aktar minn elf sena u tradizzjonalment jisserva kiesaħ bil-ħalib u bi ftit zokkor fil-wiċċ.

    Il-Vikingi introduċew il-prodott fl-Iżlanda madwar 1,100 sena ilu. Għal sekli sħaħ kien parti mid-dieta nazzjonali u għen biex in-nies jibqgħu b’saħħithom f’kundizzjonijiet ta’ għajxien ibsin. Kienu n-nisa li kkultivaw dan il-prodott tal-ħalib fl-irziezet ta’ madwar il-pajjiż u għaddew ir-riċetta u l-kulturi oriġinali Iżlandiżi tal-iskyr lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom. Fil-fatt, kienu wħud minn dawn l-istess nisa li wirtu l-ħila esperta ta’ ommijiethom li, madwar 90 sena ilu, għallmu lix-xjentisti Iżlandiżi l-arti ta’ kif isir l-iskyr.

    Il-prodott Isey Skyr hu mibni fuq dan il-wirt eċċezzjonali. Ir-riċetta bażika u l-użu ta’ kulturi oriġinali biex il-ħalib xkumat jiffermenta baqgħu l-istess. Rikk fil-proteini, mingħajr xaħam, kremuż u delizzjuż. L-Isey Skyr hu ideali għall-konsumaturi tal-lum daqskemm kien għal dawk ta’ sekli ilu.

    L-Isey Skyr fih tliet darbiet aktar l-ammont ta’ ħalib li jkun hemm f’jogurts tipiċi oħrajn u għalhekk fih livell għoli ta’ proteina. Il-prodott jinsab naturali kif ukoll fi tliet togħmiet differenti: tal-frawli, tal-blueberry u tal-vanilla. Dan tal-aħħar ma fihx karboidrati. Jiġi fi skutelli ta’ porzjon wieħed ta’ 170g b’kuċċarina miegħu u hu s-snack perfett għal dawk li jgħixu ħajja b’saħħitha u attiva.

    Il-prodott Isey Skyr hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Quintano Foods Limited, membru tal-Grupp Farsons u jinsab fil-ħwienet ewlenin f’Malta u Għawdex. Aktar tagħrif fuqu tista’ ssibu mis-sit www.iseyskyr.com.mt.