L-Urugan Irma... żewġ terzi tad-djar mingħajr elettriku

    Madwar 6.5 miljun dar fi Florida, madwar żewġ terzi tad-djar fil-pajjiż, jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku wara li l-urugan Irma kompla fi triq qerrieda li qabad fl-aħħar jiem.

    Inġiniera u membri oħrajn jinsabu għaddejjin b’ħidma sabiex isewwu l-ħsara u jerġa’ jinkiseb l-elettriku, iżda f’dan l-istadju jidher li s-sitwazzjoni hija waħda kritika.

    Il-gżejjer ta’ Florida Keys u l-partijiet tal-Punent tal-Istati Uniti ġarrbu l-qilla tal-urugan fil-livell ta’ Kategorija erbgħa.

    Il-maltempata kkawżata mill-Urugan laqtet lil Florida l-Ħadd li għadda u skont ma kien irrapurtat miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Urugani jidher li l-qawwa tal-irjieħ naqset hekk kif kompliet miexja fid-direzzjoni ta’ Atlanta bl-aktar irjieħ qawwija rreġistrati jkunu 56 Kilometru fis-siegħa.

    Skont rapporti oħra jidher li s’issa kien hemm mill-anqas erba’ vittmi li jżidu ma’ dawk li aktar qabel tilfu ħajjithom fil-Karibew.