Sitt passiġġieri jkollhom jirċievu kura medika wara “attakk b'gass” fl-Ajruport ta' Frankfurt

    Sitt passiġġieri kellhom jirċievu kura medika wara attakk b’gass fl-Ajruport ta’ Frankfurt. Il-midja Ġermaniża qed tirrapporta li l-passiġġieri kienu esposti għal gass irritanti għall-ħabta tal-11.00 a.m. fiċ-check-in ta’ Terminal 1.

    Ħaddiema tat-tifi tan-nar irrispondew immedjatament għal rapporti ta’ persuni li kienu qed ibatu minn irritazzjoni f’għajnejhom u diffikultajiet biex jieħdu n-nifs wara li persuna mhux magħrufa sprejjat dan il-gass. Filwaqt li kkonfermaw dan l-inċident, il-pulizija Ġermaniża fl-Ajruport ta’ Frankfurt ma qalitx jekk kinitx arrestat lill-persuna responsabbli.