F'mument tad-diffikoltà m’hemmx lok għar-rivalità … Iż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini b'donazzjoni lill-Patrijiet Franġiskani wara li waqa' parti mis-saqaf tal-knisja

     

    Fil-mument tad-diffikoltà m’hemmx lok għar-rivalità. Dan kien il-messaġġ li għaddew iż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini li wara li nhar l-Erbgħa li għadda saru jafu li kien waqa’ parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu tal-Patrijiet Franġiskani Minuri fir-Rabat stess, mill-ewwel raw kif jistgħu jikkontribwixxu u jagħtuhom daqqa t’id f’dan il-mument ta’ diffikultà.

    B’hekk l-Erbgħa filgħaxija saret il-ġabra sabiħa ta’ €330 bil-għan li tingħata lill-Patrijiet Franġiskani. Flimkien maż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini, ingħaqad ukoll il-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl li żied ma' dik is-somma biex issa d-donazzjoni konġunta se tkun ta' €500 b'risq il-Patrijiet Franġiskani Minuri u l-komunità li tinġabar fil-Knisja ta' Ta' Ġiezu fir-Rabat.