Il-lukanda Verdala ‘se titwaqqa'’

    Il-binja ta’ fejn kien hemm il-lukanda, binja li kienet ġiet ikkritikata li xejn ma taqbel mal-ambjent tal-post għadd ta’ snin ilu meta inbniet, issa se titwaqqa'. Din il-binja ilha snin abbandunata.

    L-iżviluppatur li se jagħmel proġett innovattiv fuq dan is-sit hu l-imprenditur Anġlu Xuereb, li fis-snin li għaddew mexxa proġetti kbar f’pajjiżna li ħalla impatt ekonomiku kbir.   Flok il-binja li hemm illum se tinbena lukanda  u kumpless residenzjali.  Diversi residenti diġà jidher li qed jitkellemu b’mod favorevoli ħafna fuq din il-proposta ta’ żvilupp.