Ikompli l-ġlied f'Charlottesville... mara mejta u oħrajn midrubin wara li nstaqet vettura għal fuq in-nies

    Skont l-uffiċjal Al Thomas qal li mara ta’ 32 sena nqatlet waqt li kienet miexja f’Charlottesville. Il-pulizija kkonfermat li minkejja li din jidher li kienet l-unika mara maqtula, hemm madwar 19-il persuna oħra midrubin wara li vettura baqgħet dieħla għal fuq in-nies li kienu qegħdin joġġezzjonaw għad-dimostrazzjoni li kienet qiegħda tiġi organizzata fl-istat ta’ Virginia fl-Istati Uniti.

    Il-Kunsillier tal-lokal qal li huwa verament deluż minħabba dak li ġara u għalhekk ikkanċella l-attivitajiet.

    Il-pulizija rnexxielha tarresta lill-agressur li saq bil-vettura għal għal fuq il-folla. Intant waqt waqt ħidma biex tinżamm is-sigurtà, tilfu ħajjithom żewġ uffiċjali, wieħed ta’ 48 sena u l-ieħor ta’ 41 sena.