FILMAT: Isib tarbija miksija minn insetti wara li ġiet abbandunata minn ommha fil-ħamrija

    Filmat xokkanti juri l-mument meta raġel sab tarbija tat-twelid li sfat abbandunata minn ommha barra kumpless ta’ appartamenti fi Houston, l-Istati Uniti. Fil-filmat it-tarbija tidher miksija b’dud mill-pjanti tal-madwar, u saħansitra kien għad kellha l-kurdun imwaħħel.

    Qed ikun rapportat li t-tarbija nstabet mir-raġel nhar il-Ħamis li għadda hekk kif semagħha tibki waqt li kien mar għal mixja. L-awtoritajiet irnexxilhom isibu lil omm it-tarbija, Sidney Woytasczyk, dakinhar stess tal-inċident. Omm Sidney sadanittant qalet li ma kinitx konxja li bintha kienet tqila bit-tarbija.

    Ir-rapport tal-pulizija jgħid li l-omm ċarrtet, u mhux qatgħet il-kurdun li kien jgħaqqadha mat-tarbija, u dan wassal biex it-tarbija tiżviluppa infezzjoni batterika. L-istess rapport tal-Pulizija jgħid ukoll li t-tarbija kienet ilha abbandunata għal xejn inqas minn sitt sigħat.

    It-tarbija issa tinsab fil-kustodja tas-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal.