FILMAT: Kaos u vjolenza f'Charlottesville … Dimostrazzjoni kkarratterizzata minn ġlied kbir

    Charlottesville nħakmet minn kaos kbir hekk kif dimostrazzjoni nħakmet minn ġlied u vjolenza b’pulizija ta’ kontra l-irvellijiet ikollhom jaġixxu biex iferrxu lid-dimostranti. Għad-dimostrazzjoni attendew eluf ta’ persuni li jqisu lilhom infushom bħala nazzjonalisti.

    Mill-inqas żewġ persuni ndarbu serjament fil-ġlied li nħoloq. Il-First Lady Amerikana Melania Trump ikkundannat il-vjolenza li ħakmet lid-dimostrazzjoni, u permezz ta’ messaġġ fuq il-profil tagħha ta’ Twitter qalet li l-Istati Uniti tinkoraġġixxi l-libertà tal-espressjoni. Hija saħqet li l-poplu għandu jiddiskuti mingħajr mibegħda.

    Il-ġlied inħoloq hekk kif mijiet ta’ dimostranti oħrajn niżlu fit-toroq biex jiffaċċjaw lin-nazzjonalisti, u f’ritaljazzjoni bdew jgħajtu li kienu se jiġġieldu lill-KKK.

    Fuq il-midja soċjali qed jiċċirkolaw bosta filmati tal-kaos li ħakmet lill-belt.