ĦMIEĠ F'BUĠIBBA: Saqqu fost skart ieħor eżatt ħdejn tabella tal-Kunsill!

    F’Buġibba regolarment ikun hemm żoni fejn jispikka l-iskart, kemm dak li jkun fil-boroż kif ukoll skart goff. Xena li kien hemm dalgħodu, għalkemm komuni, qajmet diskussjoni sew fost għadd ta’ residenti taż-żona. Minkejja tabella li turi fi xħin għandu jinħareġ l-iskart, ħdejha eżatt xi persuna jew persuni li għadhom mhux magħrufin tefgħu, saqqu, injama kbira, kaxxi bil-fliexken u skart ieħor. Xena li żgur li ma tagħmilx għajb għal żona turistika fost l-aktar popolari mat-turisti li jżuru lil pajjiżna fix-xhur sajfin.